24.11.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 421/37
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Ottubru 2014 – Skysoft Computersysteme vs UASI – British Sky Broadcasting Group u Sky IP International (SKYSOFT)
(Kawża T-262/13) (1)
([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali SKYSOFT - Trade mark Komunitarja verbali preċedenti SKY - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])
2014/C 421/50
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Skysoft Computersysteme GmbH (Kleinmachnow, il-Ġermanja) (rappreżentanti: P. Ehrlinger u T. Hagen, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: P. Bullock u N. Bambara, aġenti)
Partijiet oħra fil-proċedura quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: British Sky Broadcasting Group plc (Isleworth, ir-Renju Unit); u Sky IP International Ltd (Isleworth) (rappreżentanti: J. Barry, S. Wright, solicitors, u P. Roberts, barrister)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tal-20 ta’ Marzu 2013 (Każ R 2503/2011-4), rigward proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn British Sky Broadcasting Group plc u Sky IP International Ltd, minn naħa, u Skysoft Computersysteme GmbH, min-naħa l-oħra.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Skysoft Computersysteme GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 207, 20.07.2013.
Full & Egal Universal Law Academy