10.11.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 395/45
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Ottubru 2014 – Lausitzer Früchteverarbeitung vs UASI – Rivella International (holzmichel)
(Kawża T-263/13) (1)
([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva holzmichel - Trade marks internazzjonali figurattivi preċedenti Michel u Michel POWER - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])
2014/C 395/55
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Lausitzer Früchteverarbeitung GmbH (Sohland an der Spree, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Weiß, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Pohlmann, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Rivella International AG (Rothrist, l-Isvizzera) (rappreżentanti: C. Spintig, S. Pietzcker u A. Coordes, avukati)
Suġġett
Rikors mid-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tal-21 ta’ Frar 2013 (Każ R 1968/2011-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Rivella International AG u Lausitzer Früchteverarbeitung GmbH.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Lausitzer Früchteverarbeitung GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 207, 20.07.2013.
Full & Egal Universal Law Academy