1.12.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 431/19
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Ottubru 2014 – L-Italja vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-268/13) (1)
((“Nuqqas ta’ eżekuzzjoni ta’ sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tikkonstata nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Pagamenti ta’ penalità - Deċiżjoni ta’ kalkolu tal-pagament ta’ penalità - Obbligu tal-irkupru - Impriżi li huma s-suġġett ta’ proċeduri ta’ falliment - Suġġett tal-proċeduri ta’ falliment inkwistjoni - Diliġenza neċessarja - Oneru tal-prova”))
(2014/C 431/32)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Palmieri, aġent, assistit minn S. Fiorentino, avvocato dello Stato)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Di Bucci, G. Conte u B. Stromsky, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2013) 1264 finali, tas-7 ta’ Marzu 2013, li tordna lir-Repubblika Taljana li tħallas fuq il-kont “Riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea” is-somma ta’ EUR 1 6 5 33 000 bħala pagament ta’ penalità.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Ir-Repubblika Taljana hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 207, 20.7.2013.
Full & Egal Universal Law Academy