26.1.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 26/26
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Diċembru 2014 – Max Mara Fashion Group vs UASI – Mackays Stores (M&Co.)
(Kawża T-272/13) (1)
([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva M&Co. - Trade marks Komunitarji u nazzjonali figurattivi preċedenti MAX&Co. - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti MAX&Co. - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nruo207/2009”])
(2015/C 026/31)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Max Mara Fashion Group Srl (Torino, l-Italja) (rappreżentant: F. Terrano, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Mackays Stores Ltd (Renfrew, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: A. Gould, K. Passmore, solicitors, J. Baldwin, barrister, u M. Howe, QC)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tas-7 ta’ Marzu 2013 (Każ R 1199/2012-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Max Mara Fashion Group Srl u Mackays Stores Ltd.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Max Mara Fashion Group Srl hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 207, 20.07.2013.
Full & Egal Universal Law Academy