15.2.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 59/14
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Diċembru 2015 – L-Italja vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-295/13) (1)
([“Sistema lingwistika - Rettifiki għal avviżi ta’ kompetizzjoni ġenerali għar-reklutaġġ ta’ amministraturi - Proċeduri ta’ kompetizzjoni ġodda - Għażla tat-tieni lingwa fost tliet lingwi - Regolament Nru 1 - Artikolu 1d(1), Artikolu 27 u Artikolu 28(f) tar-Regolamenti tal-Persunal - Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni - Proporzjonalità”])
(2016/C 059/14)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Palmieri, aġent, assistit minn P. Gentili u S. Fiorentino, avvocati dello Stato)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u G. Gattinara, aġenti)
Intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Ir-Repubblika ta’ Spanja (rappreżentanti: J. García-Valdecasas Dorrego, abogado del Estado)
Suġġett
Talba għall-annullament tar-rettifika għall-avviż ta’ kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/177/10, sabiex tinħoloq lista ta’ riżerva għar-reklutaġġ ta’ amministraturi fl-oqsma tal-amministrazzjoni pubblika Ewropea, tal-liġi, tal-ekonomija, tal-verifika u tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni (ĠU 2013, C 82 A, p. 1), kif ukoll tar-rettifika għall-avviż ta’ kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/178/10 u ESPO/AD/179/10, sabiex tinħoloq lista ta’ riżerva għar-reklutaġġ ta’ amministraturi fil-qasam kariga ta’ bibljotekarju/xjenza tal-informazzjoni u f’dak tal-awdjoviżiv rispettivament (ĠU 2013, C 82 A, p. 6).
Dispożittiv
1)
Ir-rettifika, ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fil-21 ta’ Marzu 2013, għall-avviż ta’ kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/177/10, sabiex tinħoloq lista ta’ riżerva għar-reklutaġġ ta’ amministraturi fl-oqsma tal-amministrazzjoni pubblika Ewropea, tal-liġi, tal-ekonomija, tal-verifika u tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni, u r-rettifika, ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fil-21 ta’ Marzu 2013, għall-avviż ta’ kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/178/10 u ESPO/AD/179/10, sabiex tinħoloq lista ta’ riżerva għar-reklutaġġ ta’ amministraturi fil-qasam kariga ta’ bibljotekarju/xjenza tal-informazzjoni u f’dak tal-awdjoviżiv rispettivament, hekk kif in-natura u l-kontenut tagħhom ġie identifikat fil-punti 68 sa 70 ta’ din is-sentenza, huma annullati.
2)
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk sostnuti mir-Repubblika Taljana.
3)
Ir-Renju ta’ Spanja għandha tbati l-ispejjeż tagħha marbuta mal-intervent tagħha.
(1) ĠU C 207, 20.7.2013.
Full & Egal Universal Law Academy