24.11.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 421/37
Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Ottubru 2014 – Junited Autoglas Deutschland vs UASI – Belron Hungary (United Autoglas)
(Kawża T-297/13) (1)
([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja verbali United Autoglas - Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti AUTOGLASS - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])
2014/C 421/51
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Junited Autoglas Deutschland GmbH & Co. KG (Köln, il-Ġermanja) (rappreżentant: C. Weil, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: M. Rajh u J. Crespo Carrillo, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Belron Hungary Kft – Zug Branch (Zug, l-Isvizzera) (rappreżentant: L. Christy, avukat)
Suġġett
Rikors kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tat-3 ta’ Apil 2013 (Każ R 206/2012-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Belron Hungary Kft – Zug Branch u Junited Autoglas Deutschland GmbH & Co. KG.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Junited Autoglas Deutschland GmbH & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 215, 27.7.2013
Full & Egal Universal Law Academy