10.8.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 262/18
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Ġunju 2015 – SACE u SACE BT vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-305/13) (1)
(“Għajnuna mill-Istat - Assigurazzjoni tal-kreditu għall-esportazzjoni - Kopertura ta’ riassigurazzjoni mogħtija minn impriża pubblika lis-sussidjarja tagħha - Kontribuzzjonijiet fil-forma ta’ kapital sabiex ikopru t-telf tas-sussidjarja - Kunċett ta’ għajnuna mill-Istat - Imputabbiltà lill-Istat - Kriterju ta’ investitur privat - Obbligu ta’ motivazzjoni”)
(2015/C 262/23)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: SACE Servizi assicurativi del commercio estero SpA (SACE) (Ruma, l-Italja); u Sace BT SpA (Ruma) (rappreżentanti: M. Siragusa u G. Rizza, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni (rappreżentanti: G. Conte, D. Grespan u K. Walkerová, aġenti)
Parti konvenuta in sostenn tal-partijiet rikorrenti: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Palmieri, aġent, assistit minn S. Fiorentino, avvocato dello Stato)
Suġġett
It-talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/525/UE, tal-20 ta’ Marzu 2013, dwar il-miżuri SA.23425 (11/C) (ex NN 41/10) implimentati mill-Italja fl-2004 u l-2009 favur is-Sace BT SpA (ĠU 2014, L 239, p. 24).
Dispożittiv
1)
Il-paragrafu 2 tal-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/525/UE, tal-20 ta’ Marzu 2013, dwar il-miżuri SA.23425 (11/C) (ex NN 41/10) implimentati mill-Italja fl-2004 u l-2009 favur is-Sace BT SpA, hija annullat.
2)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
3)
Servizi assicurativi del commercio estero SpA (SACE) u Sace BT għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom, inklużi dawk marbuta mal-proċedura għal miżuri provviżorji.
4)
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha, inklużi dawk marbuta mal-proċedura għal miżuri provviżorji.
5)
Ir-Repubblika Taljana għandha tbati l-ispejjeż tagħha, inklużi dawk marbuta mal-proċedura għal miżuri provviżorji.
(1) ĠU C 207, 20.7.2013.
Full & Egal Universal Law Academy