10.8.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 262/19
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Ġunju 2015 – Silicium España Laboratorios vs UASI – LLR-G5 (LLRG5)
(Kawża T-306/13) (1)
([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark Komunitarja verbali LLRG5 - Raġuni assoluta għal rifjut - Mala fede tal-proprjetarju tat-trade mark Komunitarja - Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])
(2015/C 262/24)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Silicium España Laboratorios, SL (Tarragona, Spanja) (rappreżentant: C. Sueiras Villalobos, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: LLR-G5 Ltd (Castlebar, l-Irlanda) (rappreżentanti: A. von Mühlendahl u H. Hartwig, avukati)
Suġġett
Rikors kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tas-7 ta’ Marzu 2013 (Każ R 383/2012-1) dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn LLR-G5 Ltd u Silicium España Laboratorios, SL.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Silicium España Laboratorios, SL hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 226, 3.8.2013.
Full & Egal Universal Law Academy