2.2.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 34/36
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Diċembru 2014 – Capella vs UASI – Oribay Mirror Buttons (ORIBAY)
(Kawża T-307/13) (1)
((“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ revoka - Trade mark Komunitarja figurattiva ORIBAY ORIginal Buttons for Automotive Yndustry - Ammissibbiltà tal-applikazzjoni għal revoka”))
(2015/C 034/42)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Capella EOOD (Sofija, il-Bulgarija) (rappreżentanti: inizjalment M. Holtorf, sussegwentement A. Theis u finalment F. Henkel, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: inizjalment G. Schneider, sussegwentement J. Crespo Carrillo, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Oribay Mirror Buttons, SL (San Sebastián, Spanja) (rappreżentant: A. Velázquez Ibáñez, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tat-22 ta’ Marzu 2013 (Każ R 164/2012-4), dwar proċedimenti ta’ revoka bejn Capella EOOD u Oribay Mirror Buttons, SL.
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tat-22 ta’ Marzu 2013 (Każ R 164/2012-4) hija annullata.
2)
L-UASI għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu u dawk ta’ Capella EOOD.
3)
Oribay Mirror Buttons, SL għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 207, 20.7.2013.
Full & Egal Universal Law Academy