7.12.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 406/29
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Ottubru 2015 – Enosi Mastichoparagogon vs UASI – Gaba International (ELMA)
(Kawża T-309/13) (1)
([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Reġistrazzjoni internazzjonali li tirreferi għall-Komunità Ewropea - Trade mark verbali ELMA - Trade mark Komunitarja verbali preċedenti ELMEX - Rifjut ta’ reġistrazzjoni - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])
(2015/C 406/28)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Enosi Mastichoparagogon Chiou (Chios, il-Greċja) (rappreżentant: A.-E. Malami, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: P. Geroulakos u J. Crespo Carrillo, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Gaba International Holding GmbH (Therwil, l-Isvizzera) (rappreżentanti: G. Schindler, M. Zintler u P. Nagel, avukati)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tas-26 ta’ Marzu 2013 (Każ R 1539/2012-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Gaba International Holding GmbH u Enosi Mastichoparagogon Chiou.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Enosi Mastichoparagogon Chiou hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 2263, 3.8.2013.
Full & Egal Universal Law Academy