14.9.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 302/46
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Lulju 2015 – Il-Portugall vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-314/13) (1)
([“Fond ta’ Koeżjoni - Żvilupp tal-infrastrutturi portwarji tar-Reġjun Awtonomu ta’ Madeira (Port ta’ Caniçal) - Tnaqqis tal-għajnuna finanzjarja - Nuqqas ta’ osservanza tat-terminu għall-adozzjoni ta’ deċiżjoni - Ksur tal-forom proċedurali sostanzjali”])
(2015/C 302/59)
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Repubblika Portugiża (rappreżentanti: L. Inez Fernandes, aġent, assistit minn M. Gorjão-Henriques u J. da Silva Sampaio, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Guerra e Andrade u D. Recchia, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tal-Artikoli 1 u 2 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2013) 1870 finali, tas-27 ta’ Marzu 2013, dwar tnaqqis tal-għajnuna tal-Fond ta’ Koeżjoni mogħtija lir-Repubblika Portugiża għall-proġett “Żvilupp tal-infrastrutturi portwarji tar-Reġjun Awtonomu ta’ Madeira – Port ta’ Caniçal”, Madeira (il-Portugall).
Dispożittiv
1)
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2013) 1870 finali, tas-27 ta’ Marzu 2013, dwar tnaqqis tal-għajnuna tal-Fond ta’ Koeżjoni mogħtija lir-Repubblika Portugiża għall-proġett “Żvilupp tal-infrastrutturi portwarji tar-Reġjun Awtonomu ta’ Madeira – Port ta’ Caniçal”, Madeira (il-Portugall), hija annullata.
2)
Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 226, 03.08.2013.
Full & Egal Universal Law Academy