1.9.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 292/43
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Lulju 2014 – Endoceutics vs UASI – Merck (FEMIVIA)
(Kawża T-324/13) (1)
([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali FEMIVIA - Trade mark Komunitarja verbali preċedenti FEMIBION - Reġistrazzjoni internazzjonali li tindika lill-Komunità Ewropea tat-trade mark figurattiva preċedenti femibion - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])
2014/C 292/53
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Endoceutics, Inc. (Québec, il-Kanada) (rappreżentant: M. Wahlin, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: P. Geroulakos, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Merck KGaA (Darmstadt, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Best, U. Pfleghar u S. Schäffner, avukati)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-15 ta’ April 2013 (Każ R 1021/2012-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Merck KGaA u Endoceutics, Inc.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Endoceutics, Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 252, 31.08.2013.
Full & Egal Universal Law Academy