22.8.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 305/23
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Lulju 2016 – Il-Kummissjoni vs Thales développement et coopération
(Kawża T-326/13) (1)
([“Klawżola ta’ arbitraġġ - Ir-rabau l-ħames programm-kwadru għall-attivitajiet ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ dimostrazzjoni - Kuntratti li jikkonċernaw proġetti marbuta mal-iddiżinjar u l-iżvilupp ta’ ċelloli tal-karburant bil-metanol dirett - Nullità tal-kuntratt minħabba intenzjoni qarrieqa - Rimbors tal-kontribuzzjonijiet finanzjari tal-Unjoni - Regolament (KE, Euratom) Nru 2988/95 - Preskrizzjoni - Applikazzjoni tad-dritt Franċiż u Belġjan - Drittijiet tad-difiża - Interessi”])
(2016/C 305/31)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Lyal u B. Conte, aġenti, assistiti minn N. Coutrelis, avukat)
Konvenuta: Thales développement et coopération SAS (Vélizy Villacoublay, Franza) (rappreżentanti: N. Huc Morel, P. Vanderveeren, L. Defalque, A. Guillerme u 1. Fréal Saison, avukati)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 272 TFUE u intiża sabiex il-Qorti Ġenerali tordna lill-konvenuta tirrimborsa l-kontribuzzjonijiet finanzjari kollha mħallsa mill-Kummissjoni lill-predeċessur legali tagħha, miżjuda bl-interessi, fil-kuntest tal-kuntratt JOE3-CT-97-0063 li jaqa’ taħt ir-raba’ programm-kwadru tal-Komunità Ewropea għall-attivitajiet ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ dimostrazzjoni (1994-1998), stabbilit bid-Deċiżjoni Nru 1110/94/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ April 1994 (ĠU 1994, L 126, p. 1), u fil-kuntest tal-kuntratt ENK6-CT-2000-00315 li jaqa’ taħt il-ħames programm-kwadru tal-Komunità Ewropea għall-attivitajiet ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ dimostrazzjoni (1998-2002), stabbilit bid-Deċiżjoni Nru 182/1999/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Diċembru 1994 (ĠU 1999, L 26, p. 1).
Dispożittiv
1)
Thales développement et coopération SAS hija ordnata tirrimborsa lill-Kummissjoni Ewropea is-somom imħallsa lil predeċessur legali tagħha in eżekuzzjoni tal-kuntratt JOE3-CT-97-0063, li jaqa’ taħt ir-raba’ programm-kwadru tal-Komunità Ewropea għall-attivitajiet ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ dimostrazzjoni (1994-1998), stabbilit bid-Deċiżjoni Nru 1110/94/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ April 1994 (ĠU 1994, L 126, p. 1), li jidhru hawn taħt:
—
is-somma ta’ EUR 162 195,79, miżjuda bl-interessi legali previsti mid-dritt Franċiż, ikkalkulati fuq il-perijodu ta’ bejn id-data li din tħallset sad-data tar-rimbors sħiħ tagħha;
—
is-somma ta’ EUR 179 201, miżjuda bl-interessi legali previsti mid-dritt Franċiż, ikkalkulati fuq il-perijodu ta’ bejn id-data li din tħallset sad-data tar-rimbors sħiħ tagħha;
—
is-somma ta’ EUR 167 612,49, miżjuda bl-interessi legali previsti mid-dritt Franċiż, ikkalkulati fuq il-perijodu ta’ bejn id-data li din tħallset sad-data tar-rimbors sħiħ tagħha;
—
is-somma ta’ EUR 136 892,29, miżjuda bl-interessi legali previsti mid-dritt Franċiż, ikkalkulati fuq il-perijodu ta’ bejn id-data li din tħallset sad-data tar-rimbors sħiħ tagħha;
—
is-somma ta’ EUR 54 434,09, miżjuda bl-interessi legali previsti mid-dritt Franċiż, ikkalkulati fuq il-perijodu ta’ bejn id-data li din tħallset sad-data tar-rimbors sħiħ tagħha.
2)
Thales développement et coopération hija ordnata tirrimborsa lill-Kummissjoni Ewropea is-somom imħallsa lil predeċessur legali tagħha in eżekuzzjoni tal-kuntratt ENK6-CT-2000-00315, li jaqa’ taħt il-ħames programm-kwadru tal-Komunità Ewropea għall-attivitajiet ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ dimostrazzjoni (1998-2002), stabbilit bid-Deċiżjoni Nru 182/1999/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Diċembru 1994 (ĠU 1999, L 26, p. 1), li jidhru hawn taħt:
—
is-somma ta’ EUR 232 389,04, miżjuda bl-interessi legali previsti mid-dritt Belġjan, ikkalkulati fuq il-perijodu ta’ bejn id-data li din tħallset sad-data tar-rimbors sħiħ tagħha;
—
is-somma ta’ EUR 218 734,67, miżjuda bl-interessi legali previsti mid-dritt Belġjan, ikkalkulati fuq il-perijodu ta’ bejn id-data li din tħallset sad-data tar-rimbors sħiħ tagħha;
—
is-somma ta’ EUR 237 504,86, miżjuda bl-interessi legali previsti mid-dritt Belġjan, ikkalkulati fuq il-perijodu ta’ bejn id-data li din tħallset sad-data tar-rimbors sħiħ tagħha;
—
is-somma ta’ EUR 124 192,86, miżjuda bl-interessi legali previsti mid-dritt Belġjan, ikkalkulati fuq il-perijodu ta’ bejn id-data li din tħallset sad-data tar-rimbors sħiħ tagħha.
3)
Il-Kummissjoni għandha tbati nofs l-ispejjez sostnuti minn Thales développement et coopération.
4)
Thales développement et coopération għandha tbati l-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni u nofs l-ispejjeż propji tagħha.
(1) ĠU C 298, 12.10.2013.
Full & Egal Universal Law Academy