14.9.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 302/47
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Lulju 2015 – Westermann Lernspielverlag vs UASI – Diset (bambinoLÜK)
(Kawża T-333/13) (1)
((“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva bambinoLÜK - Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti BAMBINO - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”))
(2015/C 302/60)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Westermann Lernspielverlag GmbH (Braunschweig, il-Ġermanja) (rappreżentanti: A. Nordemann u M. Maier, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: J. Crespo Carrillo, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Diset, SA (Barcelona, Spanja)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tat-3 ta’ April 2013 (Każ R 1323/2012-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Diset, SA u Westermann Lernspielverlag GmbH.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Westermann Lernspielverlag GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 252, 31.8.2013.
Full & Egal Universal Law Academy