24.11.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 421/38
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Ottubru 2014 – Federación Española de Hostelería vs EACEA
(Kawża T-340/13) (1)
([“Rikors għal annullament - Programm fil-qasam tat-tagħlim matul il-ħajja - Kuntratt ibbażat fuq il-proġett ‘Simulatur virtwali għat-tagħlim ta’ lingwi għall-professjonisti fil-qasam tat-turiżmu (e-client)’ - Ittra ta’ informazzjoni minn qabel - Natura kuntrattwali tat-tilwima - Att li ma jistax jiġi kkontestat - Assenza ta’ klassifikazzjoni mill-ġdid tal-kuntratt - Inammissibbiltà”])
2014/C 421/52
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Federación Española de Hostelería (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: B. Miguelsanz Roldán, F. J. del Nogal Méndez, R. Fernández Flores u M. P. Abad Marco, avukati)
Konvenuta: L-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura (EACEA) (rappreżentanti: H. Monet u A. Jaume, aġenti, assistiti inizjalment min J. L. Buendía Sierra, N. Ruiz García u A. Balcells Cartagena, sussegwentement J. L. Buendía Sierra u A. Balcells Cartagena, avukati)
Suġġett
Talba għall-annullament tal-ittra ta’ informazzjoni minn qabel tal-EACEA tal-5 ta’ April 2013 li tinforma lir-rikorrenti li hija kellha tirrimborsa l-ammont ta’ EUR 1 81 686.11 wara l-verifika tal-proġett “Simulatur virtwali għat-tagħlim ta’ lingwi għall-professjonisti fil-qasam tat-turiżmu (e-client)”.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.
2)
Federación Española de Hostelería hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 245, 24.8.2013
Full & Egal Universal Law Academy