3.11.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 388/16
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Settembru 2014 – Groupe Léa Nature vs UASI – Debonair Trading Internacional (SO’BiO ētic)
(Kawża T-341/13) (1)
([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva SO’BiO ētic - Trade mark Komunitarja u trade mark nazzjonali verbali preċedenti SO…? - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Assenza ta’ użu ġenwin mit-trade mark preċedenti - Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament Nru 207/2009”])
2014/C 388/19
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Groupe Léa Nature (Périgny, Franza) (rappreżentant: S. Arnaud, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: P. Geroulakos u V. Melgar, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Debonair Trading Internacional Lda (Funchal, il-Portugall) (rappreżentant: T. Alkin, barrister)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tas-26 ta’ Marzu 2013 (Każ R 203/2011-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Debonair Trading Internactional Lda u Groupe Léa Nature SA.
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tas-26 ta’ Marzu 2013 (Każ R 203/2011-1) hija annullata.
2)
L-UASI u Debonair Trading Internacional Lda huma kkundannati kull wieħed ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom, kif ukoll l-ispejjeż ta’ Groupe Léa Nature SA.
(1) ĠU C 260, 07.09.2013.
Full & Egal Universal Law Academy