25.1.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 27/33
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Diċembru 2015 – CN vs Il-Parlament
(Kawża T-343/13) (1)
((“Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Petizzjoni indirizzata lill-Parlament - Pubblikazzjoni fuq is-sit tal-internet tal-Parlament ta’ ċertu data personali - Assenza ta’ ksur suffiċjentement serju ta’ dispożizzjoni legali li tagħti drittijiet lill-individwi”))
(2016/C 027/37)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrent: CN (Brumath, Franza) (rappreżentant: M. Velardo, avukat)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: N. Lorenz u S. Seyr, aġenti)
Parti intervenjenti insostenn tar-rikorrent: Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (KEPD) (rappreżentanti: inizjalment minn A. Buchta u V. Pozzato, sussegwentement minn A. Buchta, M. Pérez Asinari, F. Polverino, M. Guglielmetti u U. Kallenberger, aġenti)
Suġġett
Talba għal kumpens għad-dannu allegatament subit mir-rikorrent wara l-pubblikazzjoni fuq is-sit tal-internet tal-Parlament ta’ ċertu data personali li tikkonċernah.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
CN għandu jbati l-ispejjeż tal-Parlament Ewropew kif ukoll l-ispejjeż tiegħu.
3)
Il-Kontrollur Ewropew għall-protezzjoni tad-data (KEPD) għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.
(1) ĠU C 245, 24.8.2013.
Full & Egal Universal Law Academy