12.1.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 7/34
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Novembru 2014 – Out of the blue vs UASI – Dubois et (FUNNY BANDS)
(Kawża T-344/13) (1)
((“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja verbali FUNNY BANDS - Isem kummerċjali nazzjonali preċedenti FUNNY BANDS - Isem tad-dominju tal-internet nazzjonali preċedenti ‘’ - Raġuni relattiva għal rifjut - Artikolu 8(4) tar-Regolament (KE) Nruo207/2009 - Użu fin-negozju ta’ sinjal li l-portata tiegħu ma huwiex biss lokali - Artikolu 76(2) tar-Regolament Nru 207/2009 - Ċaħda tal-oppożizzjoni”))
(2015/C 007/37)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Out of the blue KG (Lilienthal, il-Ġermanja) (rappreżentanti: G. Hasselblatt u D. Kipping, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Pohlmann, aġent)
Partijiet oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Frédéric Dubois (Lasne, il-Belġju) et
Suġġett
Rikors kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tal-4 ta’ April 2013 (Każ R 542/2012-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Out of the blue KG u F. Dubois et.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Out of the blue KG hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 260, 7.09.2013.
Full & Egal Universal Law Academy