19.10.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 346/22
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Settembru 2015 – Il-Greċja vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-346/13) (1)
((“FAEGG - Taqsima ta’ Garanziji - FAEG u Faeir - Infiq eskluż mill-finanzjament - Miżuri ta’ żvilupp rurali - Agroambjent - Adegwatezza tal-kontrolli - Korrezzjonijiet finanzjarji b’rata fissa”))
(2015/C 346/25)
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentanti: inizjalment I.-K. Chalkias, X. Basakou u A.-E. Vasilopoulou, sussegwentement A.-E. Vasilopoulou, G. Kanellopoulos u O. Tsirkinidou, aġenti)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Marcoulli u D. Triantafyllou, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/214/UE, tat-2 ta’ Mejju 2013, dwar l-esklużjoni mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ta’ ċertu nefqa mġarrba mill-Istati Membri skont it-Taqsima ta’ Garanziji tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG), skont il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u skont il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (ĠU L 123, p. 11).
Dispożittiv
1)
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/214/UE, tat-2 ta’ Mejju 2013, dwar l-esklużjoni mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ta’ ċertu nefqa mġarrba mill-Istati Membri skont it-Taqsima ta’ Garanziji tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG), skont il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u skont il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali, hija annullata, sa fejn timponi fuq ir-Repubblika Ellenika korrezzjoni finanzjarja ta’ 2 % f’dak li jirrigwarda s-submiżuri agroambjentali “Biedja Organika” u “Trobbija Bijoloġika”.
2)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
3)
Ir-Repubblika Ellenika u l-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.
(1) ĠU C 245, 24.8.2013.
Full & Egal Universal Law Academy