2.3.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 73/25
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Jannar 2015 – easyJet Airline vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-355/13) (1)
([“Kompetizzjoni - Abbuż minn pożizzjoni dominanti - Suq tas-servizzi tal-ajruport - Deċiżjoni li tiċħad ilment - Artikolu 13(2) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 - Trattament tal-każ minn awtorità tal-kompetizzjoni ta’ Stat Membru - Ċaħda tal-ilment għal raġunijiet ta’ prijorità - Deċiżjoni tal-awtorità tal-kompetizzjoni li tislet il-konklużjonijiet, fid-dritt tal-kompetizzjoni, ta’ investigazzjoni mwettqa fir-rigward ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli fis-settur ikkonċernat - Obbligu ta’ motivazzjoni”])
(2015/C 073/32)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: easyJet Airline (Luton, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: M. Werner u R. Marian, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Biolan u F. Ronkes Agerbeek, aġenti)
Parti intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Luchthaven Schiphol NV (Schipol, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: J. de Pree, G. Hakopian u S. Molin, avukati)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2013) 2727 finali, tat-3 ta’ Mejju 2013, li tiċħad l-ilment imressaq mir-rikorrenti kontra Luchthaven Schiphol, fir-rigward ta’ allegat aġir antikompetittiv fis-suq tas-servizzi tal-ajruport (Każ COMP/39.869 – easyJet/Schiphol).
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
easyJet Airline Co. Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 260, 7.9.2013.
Full & Egal Universal Law Academy