23.11.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 389/32
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Settembru 2015 – VECCO et vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-360/13) (1)
((“REACH - Inklużjoni tat-triossidu tal-kromju fil-lista ta’ sustanzi sottomessi għal awtorizzazzjoni - Użi jew kategoriji ta’ użi eżenti mir-rekwiżit ta’ awtorizzazzjoni - Kunċett ta’ ‘leġiżlazzjoni speċifika Komunitarja eżistenti li timponi rekwiżiti minimi dwar il-protezzjoni tas-saħħa jew ta’ l-ambjent għall-użu ta’ sustanza’ - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Proporzjonalità - Drittijiet tad-difiża - Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba”))
(2015/C 389/33)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Verein zur Wahrung von Einsatz und Nutzung von Chromtrioxid und anderen Chrom-VI-verbindungen in der Oberflächentechnik eV (VECCO) (Memmingen, il-Ġermanja) u l-185 rikorrent ieħor li isimhom jinsab fl-anness tas-sentenza (rappreżentanti: C. Mereu, K. Van Maldegem, avukati u J. Beck, solicitor)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Talabér-Ritz et J. Tomkin, aġenti)
Partijiet konvenuti insostenn tar-rikorrenti: Assogalvanica (Padova, l-Italja) u l-31 intervenjent ieħor li isimhom jinsab fl-anness tas-sentenza (rappreżentanti: C. Mereu, K. Van Maldegem, avukati u J. Beck, solicitor)
Parti konvenuta insostenn tal-konvenuta: L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) (rappreżentanti: W. Broere, M. Heikkilä u T. Zbihlej, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament parzjali tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 348/2013, tas-17 ta’ April 2013, li jemenda l-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (“REACH”) (ĠU L 108, p. 1).
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Verein zur Wahrung von Einsatz und Nutzung von Chromtrioxid und anderen Chrom-VI-Verbindungen in der Oberflächentechnik eV (VECCO) u r-rikorrenti li isimhom jinsab fl-Anness I għandhom ibatu, minbarra l-ispejjeż tagħhom stess, l-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.
3)
Assogalvanica u l-intervenjenti l-oħra li isimhom jinsab fl-Anness II għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess.
4)
L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.
(1) ĠU C 260, 7.9.2013.
Full & Egal Universal Law Academy