29.6.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 213/30
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Mejju 2015 – Harper Hygienics vs UASI – Clinique Laboratories (CLEANIC intimate)
(Kawża T-363/13) (1)
([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva CLEANIC intimate - Trade marks Komunitarji verbali preċedenti CLINIQUE - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Xebh tal-prodotti u tas-servizzi - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Vantaġġ indebitu miksub mill-karattru distintiv jew mir-reputazzjoni tat-trade marks preċedenti - Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009”])
(2015/C 213/52)
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Partijiet
Rikorrenti: Harper Hygienics S.A.(Varsavja, il-Polonja) (rappreżentanti: inizjalment R. Rumpel, sussegwentement D. Rzążewska u G. Pietras, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Walicka, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Clinique Laboratories, LLC (Wilmington, Delaware, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: inizjalment V. von Bomhard, avukat, u K. Hughes, solicitor, sussegwentement K. Hughes)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI tad-29 ta’ April 2013 (Każ R 606/2012-5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Clinique Laboratoires, LLC u Harper Hygienics S.A.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Harper Hygienics S.A. hija kkundannata tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) u Clinique Laboratoires, LLC.
(1) ĠU C 274, 21.9.2013.
Full & Egal Universal Law Academy