23.11.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 389/33
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Settembru 2015 – Mocek u Wenta KAJMAN Firma Handlowo-Usługowo-Produkcyjna vs UASI – Lacoste (KAJMAN)
(Kawża T-364/13) (1)
([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva KAJMAN - Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti li tirrappreżenta kukkudrill - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Talbiet għal annullament u għal bidla magħmula mill-intervenjent - Artikolu 134(3) tar-Regoli tal-Proċedura tat-2 ta’ Mejju 1991”])
(2015/C 389/34)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Eugenia Mocek u Jadwiga Wenta KAJMAN Firma Handlowo-Usługowo-Produkcyjna (Chojnice, il-Polonja) (rappreżentanti: K. Grala u B. Szczepaniak, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: inizjalment P. Geroulakos, sussegwentement D. Gája, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Lacoste SA (Pariġi, Franza) (rappreżentant: P. Gaultier, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-10 ta’ Mejju 2013 (Każ R 2466/2010-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn, minn naħa, Lacoste SA u, min-naħa l-oħra, Eugenia Mocek u Jadwiga Wenta KAJMAN Firma Handlowo-Usługowo-Produkcyjna.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
It-talbiet għal annullament u għal bidla ppreżentati minn Lacoste SA huma miċħuda.
3)
Eugenia Mocek u Jadwiga Wenta KAJMAN Firma Handlowo-Usługowo-Produkcyjna għandhom ibatu l-ispejjeż kollha relatati mar-rikors kif ukoll l-ispejjeż rispettivi tagħhom relatati mat-talbiet għal annullament u għal bidla ta’ Lacoste SA.
4)
Lacoste SA għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha relatati mat-talbiet tagħha għal annullament u għal bidla.
(1) ĠU C 260, 7.9.2013.
Full & Egal Universal Law Academy