25.1.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 27/33
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Diċembru 2015 – Il-Polonja vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-367/13) (1)
([“FAEGG - Taqsima Garanzija - FAEG u FAEŻR - Infiq eskluż mill-finanzjament - Żvilupp rurali - Infiq imwettaq mill-Polonja - Artikolu 33b tar-Regolament (KE) Nru 1257/1999 - Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1258/1999 - Artikolu 31 tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005 - Korrezzjoni finanzjarja mħallta - Obbligu ta’ motivazzjoni”])
(2016/C 027/38)
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentanti: B. Majczyna u K. Straś, aġenti)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Rossi u A. Szmytkowska, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/214/UE, tat-2 ta’ Mejju 2013, dwar l-esklużjoni mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ta’ ċertu nefqa mġarrba mill-Istati Membri skont it-Taqsima ta’ Garanziji tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG), skont il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u skont il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU L 123, p. 11), sa fejn il-Kummissjoni tapplika fiha, għall-infiq iddikjarat mir-Repubblika tal-Polonja bħala appoġġ għall-azjendi ta’ semi-sussistenza, il-korrezzjonijiet ta’ EUR 8 292 783,94 u ta’ EUR 71 610 559,39.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Ir-Repubblika tal-Polonja hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 260, 7.9.2013.
Full & Egal Universal Law Academy