28.4.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 129/21
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Marzu 2014 – Alsteens vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-373/13 P) (1)
((“Appell - Servizz pubbliku - Membru tal-persunal temporanju - Estensjoni tal-kuntratt - Inammissibbiltà manifesta tal-appell fl-ewwel istanza - Dritt għal smigħ - Natura separabbli tal-addendum li jirrigwarda l-estensjoni tal-kuntratt”))
2014/C 129/27
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Appellant: Geoffroy Alsteens (Marcinelle, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Orlandi, D. de Abreu Caldas u J.N. Louis, avukati)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u D. Martin, aġenti)
Suġġett
Appell ippreżentat kontra d-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tielet Awla), tat-8 ta’ Mejju 2013, Alsteens vs Il-Kummissjoni (F-87/12, li għadu ma ġiex ippubblikat fil-Ġabra), u intiż għall-annullament ta’ dan id-digriet.
Dispożittiv
1)
Id-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tielet Awla), tat-8 ta’ Mejju 2013, Alsteens vs Il-Kummissjoni (F-87/12), huwa annullat.
2)
Il-kawża hija mibgħuta lura quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku.
3)
L-ispejjeż huma riżervati.
(1) ĠU C 325, 09.11.2013.
Full & Egal Universal Law Academy