16.3.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 89/19
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Frar 2015 – KSR vs UASI – Lampenwelt (Moon)
(Kawża T-374/13) (1)
([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark Komunitarja verbali Moon - Raġuni assoluta ta’ invalidità - Natura deskrittiva - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 52(1)(a) u Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])
(2015/C 089/21)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: KSR Kunststoff Rotation GmbH (Wehr, il-Ġermanja) (rappreżentanti: H. Börjes-Pestalozza u M. Nielen, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: inizjalment minn A. Pohlmann, sussegwentement minn D. Walicka u finalment minn A. Schifko, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Lampenwelt GmbH & Co. KG (Schlitz, il-Ġermanja) (rappreżentanti: G. Rother, P. Mes, C. Graf von der Groeben, J. Künzel, J. Bühling, D. Jestaedt, M. Bergermann, A. Kramer, J. Vogtmeier u A. Verhauwen, avukati)
Suġġett
Rikors kontra d-Deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tat-13 ta’ Mejju 2013 (Każ R 676/2012-4), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Lampenwelt GmbH & Co. KG u KSR Kunststoff Rotation GmbH.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
KSR Kunststoff Rotation GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 274, 21.09.2013.
Full & Egal Universal Law Academy