4.5.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 146/37
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Marzu 2015 – Intermark vs UASI – Coca-Cola (RIENERGY Cola)
(Kawża T-384/13) (1)
([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva RIENERGY Cola - Trade marks Komunitarji figurattiva preċedenti Coca-Cola u verbali preċedenti COCA-COLA - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])
(2015/C 146/50)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Intermark Srl (Stei, ir-Rumanija) (rappreżentanti: inizjalment Á. László, sussegwentement B. Bozóki, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: inizjalment A. Pohlmann, sussegwentement M. Fischer, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: The Coca-Cola Company (Atlanta, Georgia, l-Istati Uniti) (rappreżentant: L. Alonso Domingo, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tas-6 ta’ Mejju 2013 (Każ R 1116/2012-2), dwar proċedimenti ta’ opożizzjoni bejn The Coca-Cola Company u Intermark Srl.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Intermark Srl hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 260, 07.09.2013.
Full & Egal Universal Law Academy