3.11.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 363/32
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Settembru 2015 – Miettinen vs Il-Kunsill
(Kawża T-395/13) (1)
(([“Aċċess għal dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Opinjoni tas-servizz legali tal-Kunsill fuq proposti ta’ direttiva u ta’ regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar sanzjonijiet kriminali applikabbli għall insider dealing u għall-manipulazzjoni tas-suq - Rifjut parzjali ta’ aċċess - Eċċezzjoni dwar il-protezzjoni ta’ pariri legali - Eċċezzjoni dwar il-protezzjoni tal-proċess deċiżjonali”])
(2015/C 363/40)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Samuli Miettinen (Espoo, il-Finlandja) (rappreżentanti: O. Brouwer u E. Rauedts, avukati)
Konvenuta: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn K. Pellinghelli, P. Plaza García u K. Toomus, sussegwentement minn P. Plaza García, A. Jensen u M. Bauer, aġenti)
Intervenjenti insostenn tal-parti rikorrenti: Ir-Renju tal-Isvezja (rappreżentanti: C. Meyer-Seitz, U. Persson, E. Karlsson, L. Swedenborg u C. Hagerman, sussegwentement minn A. Falk, C. Meyer-Seitz, U. Persson, N. Otte Widgren, K. Sparrman, E. Karlsson, L. Swedenborg u F. Sjövall, aġenti); u r-Repubblika tal-Estonja (rappreżentant: N. Grünberg, aġent)
Suġġett
Talba għal annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2013 li tirrifjuta l-aċċess integrali għad-Dokument 12979/12, tas-27 ta’ Lulju 2012, li għandha l-opinjoni tas-servizz legali tal-Kunsill dwar proposti għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-sanzjonijiet penali applikabbli għat-tranżazzjonijiet insider dealings u għall-abbuż tas-suq, regolament dwar it-tranżazzjonijiet insider dealings u l-abbuż tas-suq u strumenti oħra rigward l-armonizzazzjoni tas-sanzjonijiet amministrattivi fil-qafas tas-servizzi finanzjarji.
Dispożittiv
1)
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2013 li tirrifjuta l-aċċess integrali għad-Dokument 12979/12, tas-27 ta’ Lulju 2012, li għandha l-opinjoni tas-servizz legali tal-Kunsill dwar proposti għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-sanzjonijiet penali applikabbli għat-tranżazzjonijiet insider dealings u għall-abbuż tas-suq, regolament dwar it-tranżazzjonijiet insider dealings u l-abbuż tas-suq u strumenti oħra rigward l-armonizzazzjoni tas-sanzjonijiet amministrattivi fil-qafas tas-servizzi finanzjarji finanzjarji, kif ukoll l-ittra tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 2013 huma annullati.
2)
Il-Kunsill huwa kkundannat li jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk ta’ Samuli Miettinen.
3)
Ir-Renju tal-Isvezja u r-Repubblika tal-Estonja għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.
(1) ĠU C 274, 21.9.2013.
Full & Egal Universal Law Academy