29.2.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 78/15
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Jannar 2016 – Tilly-Sabco vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-397/13) (1)
((“Agrikoltura - Ħlas lura fuq l-esportazzjoni - Laħam tat-tjur - Regolament ta’ implementazzjoni li jistabbilixxi l-ħlas lura b’rata ta’ żero euro - Rikors għal annullament - Att regolatorju li ma jinvolvix miżuri ta’ implementazzjoni - Interess dirett - Ammissibbiltà - Artikolu 3(3) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 - Obbligu ta’ motivazzjoni - Artikolu 164(3), tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 - Aspettattivi leġittimi”))
(2016/C 078/23)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Tilly-Sabco (Guerlesquin, Franza) (rappreżentanti: R. Milchior, F. Le Roquais u S. Charbonnel, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Bianchi u K. Skelly, aġenti)
Intervenjent insostenn tar-rikorrenti: Doux SA (Châteaulin, Franza) (rappreżentant: J. Vogel, avukat)
Suġġett
Talba għall-annullament tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 689/2013, tat-18 ta’ Lulju 2013 li jiffissa r-rifużjonijiet tal-esportazzjoni fis-settur tal-laħam tat-tjur (ĠU L 196, p. 13)
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Tilly-Sabco għandha tbati l-ispejjeż tagħha, inklużi dawk relatati mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.
3)
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha, inklużi dawk relatati mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.
4)
Doux SA għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
5)
Ir-Repubblika Franċiża għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif sostnuti bħala intervenjenti fil-proċeduri għal miżuri provviżorji.
(1) ĠU C 291, 5.10.2013.
Full & Egal Universal Law Academy