23.11.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 389/34
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Settembru 2015 – L’Oréal vs UASI – Cosmetica Cabinas (AINHOA)
(Kawża T-400/13) (1)
([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark Komunitarja verbali AINHOA - Trade marks Komunitarja u internazzjonali figurattivi preċedenti NOA - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])
(2015/C 389/35)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: L’Oréal (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: M. H. Granado Carpenter u M. L. Polo Carreño, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: O. Mondéjar Ortuño u A. Schifko, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Cosmetica Cabinas, SL (El Masnou, Spanja) (rappreżentanti: L. Montoya Terán u J. B. Devaureix, avukati)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tas-6 ta’ Ġunju 2013 (Każ R 1643/2012-1), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn L’Oréal u Cosmetica Cabinas, SL.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
L’Oréal hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 298, 12.10.2013.
Full & Egal Universal Law Academy