19.1.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 16/35
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Novembru 2014 – Orange vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-402/13) (1)
((“Kompetizzjoni - Proċedura amministrattiva - Deċiżjoni li tordna spezzjoni - Proporzjonalità - Natura xierqa - Neċessità - Assenza ta’ natura arbitrarja - Motivazzjoni”))
(2015/C 016/56)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Orange (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: J.-P. Gunther u A. Giraud, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Dawes u F. Ronkes Agerbeek, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni C (2013) 4103 finali u C (2013) 4194 finali, tal-25 u tas-27 ta’ Ġunju 2013, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 20(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003, indirizzati rispettivament lil France Télécom SA u lil Orange kif ukoll lill-kumpanniji kollha kkontrollati direttament jew indirettament minnhom.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Orange hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 313, 26.10.2013.
Full & Egal Universal Law Academy