1.9.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 292/44
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Lulju 2014 – NIIT Insurance Technologies vs UASI (SUBSCRIBE)
(Kawża T-404/13) (1)
([“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali SUBSCRIBE - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Ugwaljanza fit-trattament - Artikolu 56 TFUE”])
2014/C 292/54
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: NIIT Insurance Technologies Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentant: M. Wirtz, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Schifko, aġent)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI, tal-4 ta’ Ġunju 2013 (Każ R 1308/2012-5), dwar talba għal reġistrazzjoni tas-sinjal verbali SUBSCRIBE bħala trade mark Komunitarja.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
NIIT Insurance Technologies Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 274, 21.09.2013.
Full & Egal Universal Law Academy