4.5.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 146/38
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Marzu 2015 – Chin Haur Indonesia vs Il-Kunsill
(Kawża T-412/13) (1)
((“Dumping - Importazzjonijiet ta’ roti mibgħuta mill-Indoneżja, mill-Malasja, mis-Sri Lanka u mit-Tuneżija - Estensjoni, għal dawn l-importazzjonijiet, tad-dazju antidumping definittiv stabbilit fuq l-importazzjonijiet ta’ roti li joriġinaw miċ-Ċina - Evażjoni - Nuqqas ta’ kooperazzjoni - Artikoli 13 u 18 tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 - Obbligu ta’ motivazzjoni - Żball ta’ evalwazzjoni”))
(2015/C 146/51)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Chin Haur Indonesia, PT (Tangerang, l-Indoneżja) (rappreżentanti: T. Müller-Ibold u F.-C. Laprévote, avukati)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Boelaert, aġent, assistit minn R. Bierwagen, avukat)
Intervenjenti insostenn tal-konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-F. Brakeland u M. França, aġenti); u Maxcom Ltd (Plovdiv, il-Bulgarija) (rappreżentanti: L. Ruessmann, avukat, u J. Beck, solicitor)
Suġġett
Talba għall-annullament parzjali tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 501/2013, tad-29 ta’ Mejju 2013, li jestendi d-dazju antidumping definittiv impost mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 990/2011 fuq importazzjonijiet ta’ biċikletti li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina għal importazzjonijiet ta’ biċikletti kkunsinjati mill-Indoneżja, mill-Malasja, mis-Sri Lanka u mit-Tuneżija, kemm jekk iddikjarati bħala li joriġinaw fl-Indoneżja, il-Malasja, is-Sri Lanka u t-Tuneżija kif ukoll jekk le (ĠU L 153, p. 1).
Dispożittiv
1)
L-Artikolu 1(1) u (3) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 501/2013, tad-29 ta’ Mejju 2013, li jestendi d-dazju antidumping definittiv impost mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 990/2011 fuq importazzjonijiet ta’ biċikletti li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina għal importazzjonijiet ta’ biċikletti kkunsinjati mill-Indoneżja, mill-Malasja, mis-Sri Lanka u mit-Tuneżija, kemm jekk iddikjarati bħala li joriġinaw fl-Indoneżja, il-Malasja, is-Sri Lanka u t-Tuneżija kif ukoll jekk le, sa fejn jikkonċerna lil Chin Haur Indonesia, PT, huwa annullat.
2)
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati l-ispejjeż ta’ Chin Haur Indonesia kif ukoll l-ispejjeż rispettivi tiegħu.
3)
Il-Kummissjoni Ewropea u Maxcom Ltd għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.
(1) ĠU C 274, 21.09.2013.
Full & Egal Universal Law Academy