25.1.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 27/34
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Diċembru 2015 – Tsujimoto vs UASI – Kenzo (KENZO ESTATE)
(Kawża T-414/13) (1)
((“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Reġistrazzjoni internazzjonali li tirreferi għall-Komunità Ewropea - Trade mark verbali KENZO ESTATE - Trade mark Komunitarja verbali preċedenti KENZO - Raġuni relattiva għal rifjut - Reputazzjoni - Artikolu 8(5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”))
(2016/C 027/39)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Kenzo Tsujimoto (Osaka, il-Ġappun) (rappreżentanti: A. Wenninger Lenz, W. von der Osten Sacken u M. Ring, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: M. Rajh u P. Bullock, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Kenzo (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: P. Roncaglia, G. Lazzeretti, F. Rossi u N. Parrotta, avukati)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tat-22 ta’ Mejju 2013 (Każ R 333/2012-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Kenzo u K. Tsujimoto.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Kenzo Tsujimoto huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 304, 19.10.2013.
Full & Egal Universal Law Academy