22.8.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 305/25
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Ġunju 2016 – Jinan Meide Casting vs Il-Kunsill
(Kawża T-424/13) (1)
((“Dumping - Importazzjonijiet ta’ fittings fonduti ta’ tubi jew pajpijiet bil-kamin, ta’ ħadid fondut malleabbli, li joriġinaw miċ-Ċina - Dazju antidumping definittiv - Trattament kunfidenzjali tal-kalkoli tal-valur normali - Informazzjoni mogħtija tempestivament - Terminu għall-adozzjoni ta’ deċiżjoni dwar l-istatus ta’ impriża li topera fil-kundizzjonijiet ta’ ekonomija tas-suq - Drittijiet tad-difiża - Ugwaljanza fit-trattament - Prinċipju ta’ nuqqas ta’ retroattività - Artikolu 2(7) sa (11), Artikolu 3(1) sa (3), Artikolu 6(7), Artikolu 19(1) sa (5), u Artikolu 20(2) u (4) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009”))
(2016/C 305/33)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Jinan Meide Casting Co. Ltd (Jinan, iċ-Ċina) (rappreżentanti: R. Antonini u E. Monard, avukati)
Konvenuta: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Boelaert u B. Driessen, aġenti, assistiti minn S. Gubel, avukat, u minn B. O’Connor, solicitor)
Intervenjent insostenn tal-Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. F. Brakeland u M. França, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 430/2013, tat-13 ta’ Mejju 2013, li jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq importazzjonijiet ta’ fittings fonduti ta’ tubi jew pajpijiet bil-kamin, ta’ ħadid fondut malleabbli, li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u t-Tajlandja u li jtemm il-proċediment fir-rigward tal-Indoneżja (ĠU L 129 p. 1), sa fejn dan japplika għar-rikorrenti
Dispożittiv
1)
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 430/2013, tat-13 ta’ Mejju 2013, li jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq importazzjonijiet ta’ fittings fonduti ta’ tubi jew pajpijiet bil-kamin, ta’ ħadid fondut malleabbli, li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u t-Tajlandja u li jtemm il-proċediment fir-rigward tal-Indoneżja, huwa annullat sa fejn dan japplika għal Jinan Meide Casting Co. Ltd.
2)
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea huwa kkundannat għall-ispejjeż tiegħu kif ukoll għal dawk sostnuti minn Jinan Meide Casting Co. Ltd.
3)
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 325, 9.11.2013.
Full & Egal Universal Law Academy