23.11.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 389/35
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Settembru 2015 – L’Oréal vs UASI – Cosmetica Cabinas (AINHOA)
(Kawża T-426/13) (1)
([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ revoka - Trade mark Komunitarja verbali AINHOA - Użu ġenwin mit-trade mark - Artikolu 15(1)(a) u Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Forma li tvarja permezz ta’ elementi li ma jbiddlux il-karattru distintiv”])
(2015/C 389/36)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: L’Oréal (Paris, Franza) (rappreżentanti: M. H. Granado Carpenter, u M. L. Polo Carreño, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: O. Mondéjar Ortuño u A. Schifko, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Cosmetica Cabinas, SL (El Masnou, Spanja) (rappreżentanti: L. Montoya Terán u J.-B. Devaureix, avukati)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tas-6 ta’ Ġunju 2013 (Każ R 1642/2012-1), dwar proċedimenti ta’ revoka bejn L’Oréal u Cosmetica Cabinas, SL.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
L’Oréal hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 304, 19.10.2013.
Full & Egal Universal Law Academy