9.11.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 371/23
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Settembru 2015 – IOC-UK vs Il-Kunsill
(Kawża T-428/13) (1)
((“Politika barranija u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi kontra l-Iran bl-għan li titwaqqaf il-proliferazzjoni nukleari - Iffriżar ta’ fondi - Dritt għal smigħ - Obbligu ta’ motivazzjoni - Drittijiet tad-difiża - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Proporzjonalità - Dritt għall-proprjetà - Ugwaljanza fit-trattament u nondiskriminazzjoni”))
(2015/C 371/25)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Iranian Oil Company UK Ltd (IOC-UK) (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: J. Grayston, solicitor, P. Gjørtler, G. Pandey, D. Rovetta, M. Gambardella, D. Sellers u N. Pilkington, avukati)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Piessevaux u M. Bishop, aġenti)
Intervenjenti insostenn tal-konvenut: Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentanti: inizjalment S. Behzadi-Spencer u V. Kaye, sussegwentement V. Kaye, aġent, assistit minn M. Gray, barrister)
Suġġett
Talba għall-annullament, minn naħa, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/270/PESK, tas-6 ta’ Ġunju 2013, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 156, p. 10), u min-naħa l-oħra, tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 522/2013 tas- 6 ta’ Ġunju 2013 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 156, p. 3).
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Iranian Oil Company UK Ltd (IOC-UK) għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk sostnuti mil-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.
3)
Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.
(1) ĠU C 313 tas-26/10/2013.
Full & Egal Universal Law Academy