29.2.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 78/16
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Jannar 2016 – Doux vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-434/13) (1)
([“Agrikoltura - Rifużjoni tal-esportazzjoni - Laħam tat-tjur - Regolament ta’ implementazzjoni li jistabbilixxi r-rifużjoni għal EUR 0 - Rikors għall-annullament - Att regolatorju li ma jinkludix miżuri ta’ implementazzjoni - Interess dirett - Ammissibbiltà - Artikolu 3(3) tar-Regolament (UE) Nruo182/2011 - Obbligu ta’ motivazzjoni - Artikolu 164(3) tar-Regolament (KE) Nruo1234/2007 - Aspettattivi leġittimi”])
(2016/C 078/24)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Doux SA (Châteaulin, Franza) (rappreżentant: J. Vogel, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Bianchi u K. Skelly, aġenti)
Parti intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Tilly-Sabco (Guerlesquin, Franza) (rappreżentanti: R. Milchior, F. Le Roquais u S. Charbonnel, avukati)
Suġġett
Talba għall-annullament tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nruo689/2013, tat-18 ta’ Lulju 2013, li jiffissa r-rifużjonijiet tal-esportazzjoni fis-settur tal-laħam tat-tjur (ĠU L 196, p. 13).
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Doux SA għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk tal-Kummissjoni Ewropea.
3)
Tilly-Sabco għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 291, 5.10.2013.
Full & Egal Universal Law Academy