20.7.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 236/35
Sentenza tal-Qorti Ġenerali 3 ta’ Ġunju 2015 – Bora Creations vs UASI – Beauté prestige international (essence)
(Kawża T-448/13) (1)
([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark Komunitarja verbali essence - Raġunijiet assoluti għal rijfut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009”])
(2015/C 236/46)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Bora Creations, SL (Ceuta, Spanja) (rappreżentanti: R. Lange, G. Hild u C Pape, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: L. Rampini, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Beauté prestige international (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: T. de Haan u P. Péters, avukati)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI tas-6 ta’ Ġunju 2013 (każ R 1085/2012-5), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Beauté prestige international u Bora Creations, SL.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Bora Creations, SL hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 304, 19.10.2013
Full & Egal Universal Law Academy