11.5.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 155/24
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Marzu 2015 – Sea Handling vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-456/13) (1)
((“Aċċess għal dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Dokumenti relatati ma’ proċedura ta’ stħarriġ tal-għajuna mill-Istat - Rifjut ta’ aċċess - Eċċezzjoni relatata mal-protezzjoni tal-għanijiet ta’ spezzjoni, ta’ investigazzjoni u ta’ verifika - Eċċezzjoni relatata mal-protezzjoni tal-interessi kummerċjali ta’ terzi - Obbligu ta’ twettiq ta’ eżami konkret u individwali - Interess pubbliku superjuri - Aċċess parzjali”))
(2015/C 155/27)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Sea Handling SpA (Somma Lombardo, l-Italja) (rappreżentanti: B. Nascimbene u M. Merola, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn D. Grespan u C. Zadra, sussegwentement minn D. Grespan u F. Clotuche-Duvieusart, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni, tat-12 ta’ Ġunju 2013, li tirrifjuta li tagħti lil Sea Handling l-aċċess għal ċerti dokumenti li jikkonċernaw il-proċedura ta’ stħarriġ tal-għajnuna mill-Istat.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Sea Handling SpA għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.
(1) ĠU C 298, 12.10.2013.
Full & Egal Universal Law Academy