15.6.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 198/35
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ April 2015 – CC vs Il-Parlament
(Kawża T-457/13 P) (1)
((Appell - Appell inċidentali - Servizz pubbliku - Kompetizzjoni ġenerali - Żbalji fil-ġestjoni tal-lista tal-kandidati li għaddew - Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Dannu materjali - Aspettattivi leġittimi - Żnaturament tal-fatti - Telf ta’ opportunità - Dannu morali - Obbligu ta’ motivazzjoni))
(2015/C 198/46)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Appellant: CC (Bridel, il-Lussemburgu) (rappreżentant: G. Maximini, avukat)
Appellat: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: M. Ecker u E. Despotopoulou, aġenti)
Suġġett
Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (it-Tielet Awla) tal-11 ta’ Lulju 2013, CC vs Il-Parlament (F-9/12, ĠabraSP, EU:F:2013:116), u intiż għall-annullament ta’ dan is-sentenza.
Dispożittiv
1)
Is-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (it-Tielet Awla) tal-11 ta’ Lulju 2013, CC vs Il-Parlament (F-9/12), hija annullata.
2)
Il-kawża hija rrinvijjata quddiem is-Servizz Pubbliku.
3)
L-ispejjeż huma rriżervati.
(1) ĠU C 325, 9.11.2013.
Full & Egal Universal Law Academy