24.11.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 421/40
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Ottubru 2014 – Larrañaga Otaño vs UASI (GRAPHENE)
(Kawża T-459/13) (1)
([“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali GRAPHENE - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])
2014/C 421/55
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Joseba Larrañaga Otaño (Saint-Sébastien, Spanja); u Mikel Larrañaga Otaño (Saint-Sébastien) (rappreżentanti: F. Bueno Salamero, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: Ó. Mondéjar Ortuño, aġent)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tat-12 ta’ Ġunju 2013 (Każ R 210/2013-2), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali GRAPHENE bħala trade mark Komunitarja.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Joseba Larrañaga Otaño u Mikel Larrañaga Otaño huma kkundannati għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 313, 26.10.2013.
Full & Egal Universal Law Academy