25.1.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 27/36
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Novembru 2015 – Comunidad Autónoma del País Vasco u Itelazpi vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-462/13) (1)
([“Għajnuna mill-Istat - Televiżjoni diġitali - Għajnuna għat-tnedija tat-televiżjoni diġitali terrestri f’żoni remoti u inqas urbanizzati fi Spanja - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna parzjalment kompatibbli u parzjalment inkompatibbli mas-suq intern - Vantaġġ - Servizz ta’ importanza ekonomika ġenerali - Artikolu 107(3)(ċ) TFUE - Għajnuna ġdida”])
(2016/C 027/42)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Comunidad Autónoma del País Vasco (Spanja) u Itelazpi, SA (Zamudio, Espagne) (rappreżentanti: inizjalment minn N. Ruiz García, J. Buendía Sierra, A. Lamadrid de Pablo u M. Muñoz de Juan, sussegwentement minn J. Buendía Sierra u A. Lamadrid de Pablo, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: É. Gippini Fournier, B. Stromsky u P. Němečková, aġenti)
Parti intervenjenti insostenn tal-konvenuta: SES Astra (Betzdorf, il-Lussemburgu) (représentants: F. González Díaz, F. Salerno et V. Romero Algarra, avukati)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/489/UE, tad-19 ta’ Ġunju 2013, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.28599 [(C 23/2010) (ex NN 36/2010, ex CP 163/2009)] implimentata mir-Renju ta’ Spanja għat-tnedija tat-televiżjoni diġitali terrestri f’żoni remoti u inqas urbanizzati (’il barra minn Castilla-La-Mancha) (ĠU L 217, p. 52).
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Il-Comunidad Autónoma del País Vasco (Spanja) u Itelazpi, SA għandhom ibatu, minbarra l-ispejjeż tagħhom, dawk relatati mal-proċedura prinċipali sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea u minn SES Astra.
3)
Il-Comunidad Autónoma del País Vasco u Itelazpi għandhom ibatu l-ispejjeż relatati mal-proċedura għal miżuri provviżorji.
(1) ĠU C 304, 19.10.2013.
Full & Egal Universal Law Academy