25.1.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 27/37
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Novembru 2015 – Comunidad Autónoma de Galicia u Retegal vs Il-Kummissjoni
(Kawżi magħquda T-463/13 u T-464/13) (1)
([“Għajnuna mill-Istat - Televiżjoni diġitali - Għajnuna għat-tnedija tat-televiżjoni diġitali terrestri f’żoni remoti u inqas urbanizzati fi Spanja - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna parzjalment kompatibbli u parzjalment inkompatibbli mas-suq intern - Kunċett ta’ impriża - Attività ekonomika - Vantaġġ - Servizz ta’ importanza ekonomika ġenerali - Natura selettiva - Artikolu 107(3)(ċ) TFUE - Obbligu ta’ motivazzjoni”])
(2016/C 027/43)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Comunidad Autónoma de Galicia (Spanja) (rappreżentanti: M. Lorenzo Outón u P. Egerique Mosquera, avukati) (Kawża T-463/13); u Redes de Telecomunicación Galegas Retegal SA (Retegal) (Santiago de Compostela, Spanja) (rappreżentanti F. García Martínez u B. Pérez Conde, avukati) (Kawża T-464/13)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: É. Gippini Fournier, B. Stromsky u P. Němečková, aġenti)
Intervenjenta insostenn tal-konvenuta: SES Astra (Betzdorf, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: F. González Díaz u F. Salerno, kif ukoll fil-kawża T-463/13, V. Romero Algarra, avukati)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/489/UE, tad-19 ta’ Ġunju 2013, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.28599 [(C 23/2010) (ex NN 36/2010, ex CP 163/2009)] mogħtija mir-Renju ta’ Spanja għat-tnedija tat-televiżjoni diġitali terrestri f’żoni remoti u inqas urbanizzati (minbarra Castilla-La-Mancha) (ĠU L 217, p. 52).
Dispożittiv
1)
Ir-rikorsi huma miċħuda.
2)
Il-Comunidad Autónoma de Galicia (Spanja) u Redes de Telecomunicación Galegas Retegal, SA (Retegal) għandhom ibatu, minbarra l-ispejjeż tagħhom stess, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea u minn SES Astra.
(1) ĠU C 304, 19.10.2013.
Full & Egal Universal Law Academy