17.10.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 383/10
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Settembru 2016 – Arrow Group u Arrow Generics vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-467/13) (1)
((“Kompetizzjoni - Akkordji - Suq tal-prodotti mediċinali ta’ kontra d-depressjoni li jinkludu l-ingredjent farmaċewtiku attiv citalopram - Kunċett ta’ restrizzjoni tal-kompetizzjoni minħabba l-għan - Kompetizzjoni potenzjali - Prodotti mediċinali ġeneriċi - Barrieri għad-dħul fis-suq li jirriżultaw mill-eżistenza ta’ privattivi - Ftehimiet konklużi bejn proprjetarju ta’ privattivi u impriża ta’ prodotti mediċinali ġeneriċi - Multi - Ċertezza legali - Prinċipju ta’ nulla poena sine lege - Tul tal-investigazzjoni tal-Kummissjoni - Drittijiet tad-difiża - Ksur uniku u kontinwu”))
(2016/C 383/14)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Arrow Group ApS (Roskilde, id-Danimarka) u Arrow Generics Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: S. D. Kon, C. Firth u C. Humpe, solicitors)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castilla Contreras u B. Mongin, aġenti, assistiti minn G. Peretz, barrister)
Suġġett
Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2013) 3803 final, tad-19 ta’ Ġunju 2013, li tirrigwarda proċediment skont l-Artikolu 101 [TFUE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ AT/39226 – Lundbeck), u talba għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti permezz ta’ din id-deċiżjoni.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Arrow Group ApS u Arrow Generics Ltd huma kkundannati għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 313, 26.10.2013.
Full & Egal Universal Law Academy