24.11.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 421/40
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Ottubru 2014 – Marchiani vs Il-Parlament
(Kawża T-479/13) (1)
((“Regolamenti dwar l-ispejjeż u l-allowances tal-membri tal-Parlament Ewropew - Allowance ta’ assistenza parlamentari - Irkupru tas-somom imħallsa indebitament”))
2014/C 421/56
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Jean-Charles Marchiani (Toulon, Franza) (rappreżentant: C.-S. Marchiani, avukat)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: N. Lorenz u C. Karamarcos, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali tal-Parlament Ewropew, tal-4 ta’ Lulju 2013, dwar l-irkupru mingħand ir-rikorrent ta’ somma ta’ EUR 1 07 694.72 u tan-nota ta’ debitu relattiva tal-5 ta’ Lulju 2013.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Jean-Charles Marchiani huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 336, 16.11.2013.
Full & Egal Universal Law Academy