25.1.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 27/38
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Novembru 2015 – Navarra de Servicios y Tecnologías vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-487/13) (1)
([“Għajnuna mill-Istat - Televiżjoni diġitali - Għajnuna għat-tnedija tat-televiżjoni diġitali terrestri f’żoni remoti u inqas urbanizzati fi Spanja - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna parzjalment kompatibbli u parzjalment inkompatibbli mas-suq intern - Riżorsi tal-Istat - Attività ekonomika - Vantaġġ - Effett fuq il-kummerċ bejn Stati Membri u distorsjoni tal-kompetizzjoni - Servizz ta’ importanza ekonomika ġenerali - Artikolu 107(3)(ċ) TFUE - Użu ħażin ta’ poter”])
(2016/C 027/45)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Navarra de Servicios y Tecnologías, SA (Pampelune, Spanja) (rappreżentant: A. Andérez González, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: É. Gippini Fournier, B. Stromsky u P. Němečková, aġenti)
Parti intervenjenti insostenn tal-konvenuta SES Astra (Betzdorf, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: F. González Díaz, F. Salerno u V. Romero Algarra, avukati)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/489/UE, tad-19 ta’ Ġunju 2013, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.28599 (C 23/10 (ex NN 36/10, ex CP 163/09)) implimentata mir-Renju ta’ Spanja għat-tnedija tat-televiżjoni diġitali terrestri f’żoni remoti u inqas urbanizzati (’il barra minn Castilla-La Mancha) (ĠU L 217, p. 52).
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Navarra de Servicios y Tecnologías, SA għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha stess, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea u minn SES Astra.
(1) ĠU C 313, 26.10.2013.
Full & Egal Universal Law Academy