22.12.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 462/24
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Novembru 2014 – Urb Rulmenti Suceava vs UASI – Adiguzel (URB)
(Kawża T-506/13) (1)
([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark Komunitarja verbali URB - Trade mark kollettiva verbali preċedenti URB u trade mark nazzjonali kollettiva figurattiva preċedenti URB - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ mala fide tal-proprjetarju tat-trade mark Komunitarja - Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Raġuni relattiva għal rifjut - Assenza ta’ awtorizzazzjoni mill-proprjetarju tat-trade marks preċedenti - Artikolu 8(1)(b) u Artikolu 53(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009 - Assenza ta’ ksur tal-Artikolu 72 tar-Regolament Nru 207/2009”])
(2014/C 462/37)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Urb Rulmenti Suceava SA (Suceava, ir-Rumanija) (rappreżentant: I. Burdusel, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: P. Bullock u N. Bambara, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Harun Adiguzel (Diosd, l-Ungerija) (rappreżentant: G. Bozocea, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tat-12 ta’ Lulju 2013 (Każ R 1309/2012-4), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Urb Rulmenti Suceava SA u Harun Adiguzel.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Urb Rulmenti Suceava SA hija kkundannata għall-ispejjeż.
3)
Harun Adiguzel għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.
(1) ĠU C 352, 30.11.2013.
Full & Egal Universal Law Academy