15.2.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 59/16
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Diċembru 2015 – Spanja vs Il-Kummissjoni
(Kawża magħquda T-515/13 u T-719/13) (1)
((“Għajnuna mill-Istat - Bini ta’ bastimenti - Dispożizzjonijiet fiskali applikabbli għal ċerti ftehimiet stabbiliti għall-finanzjament u x-xiri ta’ bastimenti - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna parzjalment inkompatibbli mas-suq intern u li tordna parzjalment l-irkupru tagħha - Rikors għal annullament - Interess individwali - Ammissibbiltà - Vantaġġ - Natura selettiva - Effett fuq il-kummerċ bejn Stati Membri - Effett ħażin fuq il-kompetizzjoni - Obbligu ta’ motivazzjoni”))
(2016/C 059/16)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentanti: inizjalment N. Díaz Abad, sussegwentment M. Sampol Pucurull, avukati) (Kawża T-515/13); Lico Leasing, SA (Madrid, Spanja) u Pequeños y Medianos Astilleros Sociedad de Reconversión, SA (Madrid) (rappreżentanti: M. Merola u A. Sánchez, avukati) (Kawża T-719/13))
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Di Bucci, M. Afonso, É. Gippini Fournier u P. Němečková, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/200/UE, tas-17 ta’ Lulju 2013, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.21233 C/11 (ex NN/11, ex CP 137/06) mogħtija minn Spanja [–] Reġim tat-taxxa [Skema fiskali] applikabbli għal ċerti ftehimiet ta’ lokazzjoni finanzjarja magħruf ukoll bħala s-Sistema [skema] Spanjola tat-Taxxa tal-Lokazzjoni (ĠU 2014, L 114, p. 1).
Dispożittiv
1)
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/200/UE, tas-17 ta’ Lulju 2013, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.21233 C/11 (ex NN/11, ex CP 137/06) mogħtija minn Spanja [–] Reġim tat-taxxa [Skema fiskali] applikabbli għal ċerti ftehimiet ta’ lokazzjoni finanzjarja magħruf ukoll bħala s-Sistema [skema] Spanjola tat-Taxxa tal-Lokazzjoni hija annullata.
2)
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk esposti mir-Renju ta’ Spanja, minn Lico Leasing, SA, u minn Pequeños y Medianos Astilleros Sociedad de Reconversión, SA.
(1) ĠU C 336, 16.11.2013.
Full & Egal Universal Law Academy