22.8.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 305/26
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Lulju 2016 – Future Enterprises vs EUIPO – McDonald’s International Property (MACCOFFEE)
(Kawża T-518/13) (1)
((Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea MACCOFFEE - Trade mark verbali preċedenti tal-Unjoni Ewropea McDONALD’S - Artikolu 53(1)(a) u Artikolu 8(5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Familja ta’ trade marks - Vantaġġ indebitu miksub mill-karattru distintiv jew mir-reputazzjoni tat-trade mark preċedenti - Dikjarazzjoni ta’ invalidità))
(2016/C 305/35)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Future Enterprises Pte Ltd (Singapore, Singapore) (rappreżentanti: inizjalment B. Hitchens, J. Olsen, R. Sharma, M. Henshall, solicitors, u R. Tritton, barrister, sussegwentement B. Hitchens, J. Olsen, R. Tritton u E. Hughes-Jones, solicitors)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: L. Rampini, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: McDonald’s International Property Co. Ltd (Wilmington, Delaware, l-Istati Uniti) (rappreżentant: C. Eckhartt, avukat)
Suġġett
Rikors kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO, tat-13 ta’ Ġunju 2013 (Każ R 1178/2012-1), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn McDonald’s International Property Co. u Future Enterprises.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Future Enterprises Pte Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 352, 30.11.2013.
Full & Egal Universal Law Academy